Spacer Spacer Spacer
Spacer Spacer Spacer
 
7 ta' Settembru, 2010
Pagna Principali
Fittex
Spacer
Ikteb dak li qed tfittex

One Online Kulhadd
Spacer
Konferenza Generali
27-01-2010 Verzjoni ghall- 'Printing'
Spacer Dr. Stefan Zrinzo Azzopardi
President tal-Partit Laburista

Wara gimghat ta’ thejjija fi hdan l-istrutturi tal-partit, min-nhar il-Gimgha 29 ta’ Jannar 2010, se tibda tiltaqa’ l-Konferenza Generali Annwali tal-Partit. Konferenza li fiha l-Partit se jkun qed ifisser il-vizjoni li qed joffri u li se jaghti lill-pajjizna. Vizjoni li se twassalna nwettqu l-hidma biex pajjizna isir l-aqwa fl-Ewropa.


Matul il-Konferenza, filwaqt li se nharsu lejn dak li wettaqna matul is-sena li ghaddiet, se nfasslu l-futur u l-ghanijiet li rridu nilhqu fiz-zmien li gej. Se nkomplu nibnu fuq dak li wettaqna. Se ntejbu dak li tana success, filwaqt li nwettqu dak kollu li huwa mehtieg biex naghmlu dan il-partit ahjar.

Il-Konferenza, se jkollha l-opportunita’ tiddiskuti mozzjoni tal-Ezekuttiv Nazzjonali li qed tfisser kif nistghu ingeddu lill-pajjizna. Kif naqalghu lill-pajjizna mill-medjokrita’ li waqa’ fiha. Mozzjoni li turi l-miri gholja li nemmnu li pajjizna jista’ jilhaq u li ghandu jilhaq. Fiha qed infissru fejn se nasslu u fejn irridu nwasslu dan il-pajjiz.


Il-Partit Laburista, qed jibghat messagg car li se jkompli jkattar l-ispazji li inholqu fih u madwaru f’dawn l-ahhar zminijiet biex jinbena l-moviment gdid li tant jehtieg pajjizna biex nizguraw li ghada jkun ahjar mil-lum – biex pajjizna jkun ahjar. Moviment li qieghed jinbena’ madwar il-Partit Laburista mill-poplu u ghall-poplu.


Mozzjoni li turi l-apprezzament shih lil dawk kollha li taw sehemhom fil-passat u li qed jaghtu sehemhom illum fi hdan il-Partit Laburista izda fl-istess waqt tigbghat sinjal car li dan il-partit irid ikun eqreb u johloq spazji godda biex isehh il-Moviment tal-Progressivi u Moderati li qieghed jinbena liema moviment necessarjament ikun aktar wiesgha minn kwalunkwe partit.


Matul is-snin, il-Konferenza Generali tal-parti hadet diversi forom, izda f’dawn l-ahhar snin inhasset il-htiega li l-konferenza generali tohloq aktar spazji biex tizdied u titwessa’ d-diskussjoni u jitkattar ix-xoghol tal-konferenza. Bdejna bil-fringe meetings li permezz taghhom introducejna l-kuncett gdid kif issehh id-diskussjoni waqt il-Konferenza.


L-iskop wara dawn il-laqghat kien li fil-gimgha tal-konferenza, id-diskussjoni ma’ tkunx limitat biss ghad-delegati tal-konferenza, izda li jinholqu spazji godda biex is-socjeta’ civili, ghaqdiet non-governattivi u persuni ohra, jippartecipaw fid-diskussjoni li tqanqal il-konferenza generali.


Wara li introducejna l-fringe meetings, bdejna wkoll il-kuncett ta’ workshops li fihom id-delegati tal-Partiti jiddiskutu dawk il-mozzjonijiet jew xoghol iehor tal-Konferenza b’mod mill-aktar apert u li jaghti spazju shih biex jitressqu dawk is-suggerimenti u proposti fit-tfassil tal-politika taghna.


Din is-sena hassejna li kellna nwessghu aktar il-hidma li twettaq il-Konferenza Generali, ghalhekk ghazilna format ta’ konferenza mifruxa fuq diversi granet minn gurnata ghall-ohra tiehu forom differenti. Konferenza li fiha l-oqsma tal-Partit se jkollhom l-ispazju kollu mehtieg biex iressqu proposti, jiddiskutu temi, u joholqu kuxjenza, dwar issues diversi.

F’workshops apposta, se jigu diskussi temi dwar il-bilanc bejn ix-xoghol u l-hajja tal-familja, l-anzjani u l-livell tal-ghejxien li jixirqilhom, il-hidma tal-Kunsilli Lokali u l-Kunsilliera Laburisti, il-bidla fil-klima, kif ukoll il-htiega tat-tishih ta’ diplomazija ekonomika ghal pajjizna.
Il-Konferenza se jkollha wkoll l-opportunita’ li tiddiskuti aktar tigdid fi hdan il-Partit Laburista. Wara process ta’ tigdid li nbeda fl-ahhar tas-sena 2008, se nkomplu ngeddu l-istrutturi tal-Partit biex inkomplu nibnu fuq is-success li kelna matul is-sena 2009. Apparti li ngeddu l-istrutturi fil-Partit, se nimbarkaw fuq progett biex insahhu l-hidma li jwettqu l-istrutturi li l-Partit li ghandna fil-livell lokali.

Dawn il-progetti li se nfasslu, id-diskussjoni li se ssehh u d-decizjonijiet li se niehdu ghandhom ghan wiehed – li nizguraw li pajjizna ikun ahjar. Dan huwa x-xoghol li se nkunu qed inwettqu f’konferenza se turi it-triq li flimkien irridu nimxu. Se turi id-direzzjoni fejn se nasslu.
www.zrinzo.info

PES Member Party PES Member Party    
 
Spacer Spacer Spacer