Spacer Spacer Spacer
Spacer Spacer Spacer
 
9 ta' Frar, 2010
Pagna Principali
Fittex
Spacer
Ikteb dak li qed tfittex

Ikteb l-email tieghek

One Online Kulhadd
Spacer
Immigrazzjoni rregolari
25-02-2009 Verzjoni ghall- 'Printing'
Spacer Joseph Muscat
Kap ta' l-Oppozizzjoni u Mexxej Laburista

Nhar l-Erbgha fil-ghaxija ma hassejtnix komdu li wara dak li kien gara iktar kmieni matul il-jum, inmur il-parlament u nippretendi li qiesu ma gara xejn.

Nhar l-Erbgha fil-ghodu waslu pajjizna mal-227 immigrant rregolari. Dan ifisser li fl-ewwel tminatx -il gurnata biss ta' Frar ta' din is-sena, fl-aqwa tax-xitwa, waslu Malta mas-604 immigrant rregolari li jlahhqu 22% tan-numru kollu ta' immigranti rregolari li dahlu Malta matul it-tnax - il xahar kollha tas-sena l-ohra, meta kien dahlu numru rekord ta' immigranti.

Is-sena l-ohra kien biss f'Lulju, meta s-sajf kien fl-aqwa tieghu, li l-ammont ta' immigranti rregolari li dahlu f’pajjizna qabez is-604 li dahlu fl-ewwel tminatx -il gurnata biss ta' Frar ta' din is-sena. F'dawn l-ewwel tmiatx -il jum ta' Frar dahlu fostna 25 darba iktar immigranti minn kemm dahlu fi Frar tas-sena li ghaddiet, meta kienu dahlu 24 biss.

Kien quddiem dawn il-fatti li nhar l-Erbgha mort il-Parlament u shaqt li l-mod li bih qed jidhlu l-immigranti rregolari f'pajjizna qed jeskala b'mod drammatiku u minkejja dan il-gvern mhu qed jaghmel xejn biex jilqa' ghal din it-tragedja ta' problema nazzjonali u Ewropea. Infakkar li l-gvern ma kienx ha l-parir tal-PL li jzomm iebes dwar il-Patt Ewropew ta’ Immigrazzjoni u Azil. Issa ghad irridu naraw kemm se jintbaghtu immigranti minn Malta bis-sahha ta’ dan il-patt. Jekk kemm - il darba kull pajjiz Ewropew jiehu 300 immigrant, allura l-Patt ikun halla l-frott. Jekk le izda l-gvern se jkollu jwiegeb.

Nhar l-Erbgha ghamiltha cara li ma jistax ikun li n-nies barra jitkellmu dwar haga waqt li ahna l-parlamentari fl-oghla istituzzjoni tal-pajjiz nitkellmu dwar haga ohra. Il-poplu qed jiehu s-sensazzjoni li mhux qed nitkellmu fuq il-kwistjoni ta' l-immigrazzjoni rregolari li tant qed tnissel thassib u hija splussiva. Jekk din il-problema mhux se tigi ffacjata b'mod immedjat allura nkunu qed nonqsu lill-poplu taghna. Il-Parlament ma jistax jagixxi b'politika ta' omerta. Jekk inhallu li jigri dan inkunu qed nonqsu lill-poplu u naghtu l-lok li jikber f'pajjizna sentiment razzist, li hadd ma jrid.

Kien ghalhekk li fis-seduta Parlamentari ta' l-Erbgha fil-ghaxija wara l-hin tal-mistoqsijiet, staqsejt jekk il-Gvern kienx fi hsiebu li jaghmel stqarrija Ministerjali dwar l-ahhar zbark ta' immigranti rregolari. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi wiegeb li l-Gvern ma kienx fi hsiebu li jaghmel din l-istqarrija Ministerjali ghaliex ic-cirkostanzi ta' dak li sehh ma kienux differenti jew li jirrikjedu attegjament differenti minn ohrajn.
Fid-dawl ta' dan tlabt biex il-Parlament jiddiskuti dan is-suggett daqstant important b'mod urgenti dak in-nhar stess.

Ir-reazzjoni tal-Prim Ministru kienet wahda konfuza. L-ewwel qal li ma setax jifhem dik li sejjah bhala 'din is-sahna kollha' biex l-Oppozizzjoni Laburista tiddiskuti l-immigrazzjoni rregolari u ma accettax li jsir dibattitu b'mod urgenti, imbaghad ftit tal-minuti wara izda accetta li fil-jiem li gejjin issir seduta specjali tal-Parlament biex ikun diskuss dan is-suggett.

Ninsab sodisfatt li nhar l-Erbgha bhala Oppozizzjoni Laburista irnexxilna ncaqilqu lill-Gvern biex malajr kemm jista' jkun il-Parlament jiddiskuti l-krizi ta' l-immigrazzjoni rregolari f'pajjizna.

PES Member Party PES Member Party    
 
Spacer Spacer Spacer