|
|
 |
Kullhadd
|
Fl-intervista esklussiva li ta lil Kullhadd id-direttur ta' Rainbow Turnkey Contractors, Charles Magro jaghmilha cara li dak li kien jinteressa lilu u liz-zewg diretturi l-ohra tal-kumpannija Rainbow, kien li jithallsu tax-xoghol li ghamlu, xejn aktar xejn inqas.
Rainbow qeghdin ifittxu lil JPM Brothers ghal xoghol li sar fuq ir-residenza tal-Ministru Tonio Fenech.
Imma spiccaw inqabdu bejn il-basla u qoxritha.
Charles Magro jghid li ‘fil-bidu tal-2008 konna diga’ ghamilnilhom xi xoghlijiet lil JPM Brothers Limited (JPM – Jeffrey u Peter Montebello), xoghlijiet ta’ finishing fil-Galaxy, bnejna guard room fil-Jerma u tas-Sliema ghamilna xi xoghlijiet fis-sales office ta’ JPM li minnu kien se jigi reklamat il-bejgh tal-appartamenti tal-Mistra Village. Konna naghmlu x-xoghlijiet u nithallsu bil-pagamenti on account. Ta’ Montebello qatt m’ghamlu xoghlijiet ta’ finishings huma stess ghax huma kienu developers, jixtru u jbieghu u ghal finishings kienu jahdmu permezz ta’ kuntratturi, bina u anki b’kuntratturi ohrajn.
Wara li lestejna dawn ix-xoghlijiet, qalulna ‘ghandna bicca xoghol ohra ghalikom, f’dar Hal Balzan, Triq il-Ferrovija l-Antika. Meta mort fuq il-post biex nara fejn se nahdmu, hemmhekk sibt lil Peter u Jeffrey Montebello u lill-Perit Tancred Mifsud, li ghal xi zmien kien kunsillier Hal Balzan. Qaluli li ahna kellna naghmlu xoghlijijet ta’ finishing u kostruzzjoni f’dak il-post. Ix-xoghlijiet kienu jinkludu fost affarijiet ohra li nispustjaw tarag minnhom u minfloku naghmlu kamra tal-banju, li naghmlu xaft, li naghalqu u nifthu hnejjiet godda, xoghlijiet fid-dawl tal-post, ecc.
L-ahwa Montebello qaluli li rridu nzommu l-istima baxxa kemm jista’ jkun ghax ix-xoghlijiet kien se jsiru ‘bi pjacir’ ghas-sid tad-dar. Sadanittant jien kont ghadni ma nafx minn kien is-sid tad-dar u staqsejthom dwar min kien se jhallasni u Montebello wegbuni ‘inti lilna taf, se nhallsukom ahna’. U jien bqajt maghhom li nohorgilhom il-quotations u filfatt il-Perit Mifsud ghaddielna l-pjanti biex nahdmu l-istimi fuq il-pjanti. L-quotations, 35,000 ewro ghall-finishings u 8,000 ghax-xoghlijiet ta’ kostruzzjoni, ghaddejniehom lil JMP kif konna fthemna u dawn approvawhom u qalulna biex nibdew ix-xoghlijiet immedjatament.
Bdejna x-xoghlijiet mill-ewwel u xi hmistax wara cempilli wiehed mill-haddiema taghna li kien qed jahdem fid-dar ta’ Hal Balzan u qalli ‘Charlie, mela d-dar li qed nahd mu fuqha hija d-dar tal-ministru Tonio Fenech, ghax dan tfacca hawnhekk?’. Lill-haddiema taghna ghedtilhom biex igibu ruhhom sew mal-ministru u ma jghaddux ri marki dwar politika u ghedtilhom wkoll li kont se nivverifika mal-Montebellijiet dwar min kien ezattament il-proprjetarju tad-dar’.
‘Inzommuha bejnietna’
Ikompli jghid Magro ‘meta cempilt lil Montebellijiet, dawn ikkonfermaw li d-dar kienet tal-ministru Fenech, u qaluli biex inzommuha bejnietna ghax dan qed jghina biex insibu l-bejgh tal-Jerma u x-xoghol kienu qed jaghmlu bi pjacir ghall-ghajnuna li kien qed jaghtiehom fil-bejgh tal-Jerma. Jien wegibt lil mhux problema ghalijja diment li li jhallsuna. U bqajna ghaddejjin bix-xoghlijiet.
Mat-tielet gimgha minn meta konna bdejna x-xoghol Hal Balzan, mort ghand JPM ghall-ewwel pagament ta’ 15,000 ewro. Skont il-quotation, ahna kellna nithallsu 15,000 ewro kull hmistax, u konna stmajna li se lestu kollox fi zmien xahar u nofs. Ta’ JPM qalulna li kien maghfusin bil-flus, imma kienu se jhallsuna.
Qaluli biex ghall-pagament ta’ wara nehodha bil-mod ghax kienu maghfusin hafna. Tawna l-ewwel 15,000 ewro u minnhom qtajna 6,000 ewro invoices ta’ xoghol li diga’ kien lest tal-Galaxy ecc, u d-9,000 ewro l-ohra tfajniehom fuq id-dar ta’ Hal Balzan. Lil JPM infurmajthom b’dan u sadattant ix-xoghol baqa’ ghaddej.
Fil-frattemp mit-tielet gimgha mindu beda x-xoghol, bdejna niltaqghu mal-ministru fil-post u hu u l-mara tieghu bdew jordnaw xoghlijiet godda li ma kienux fil-quote u li kienu jinkludu l-qlugh u tibdil tad-drenagg, bdil ta’ madum fuq, kmamar tal-banju godda. Dawn l-ordnijiet bdew gejjin minghand il-ministru u l-mara tieghu u b’emails minghand il-Perit Mifsud. L-ebda wiehed minn dawn ma talabni quotation ghax-xoghlijiet godda li bdew jordnaw.
‘Naghtik pagament jien u imbaghad jien nigbru minn ghandhom’
Meta ghaddew hmistax mill-ewwel pagament, mort ghand Montebello ghat-tieni pagament u qaluli ‘flus ghal issa m’ghandniex ghax il-bicca xoghol li kien qed jghina fiha l-ministru ghadha lura’ u qaluli biex nehodha easy u nnaqqas il-haddiema minn Hal Balzan li gieli anki lehqu sebgha, tmienja. Jien avzajt b’dankollu lill-ministru Fenech u dan qalli ‘kompli ghaddej bix-xoghol. Issa naghtik pagament jien u imbaghad jien nigbru minn ghandhom’.
Kien hawnhekk li jien ghedtlu li se nohrog quotation fuq ix-xoghlijiet extra li ordna hu u l-mara tieghu u hu qalli biex nohrog il-quotation u nghaddieha lil JPM. Qalli wkoll ‘il-gimgha d-diehla ejja u naghtik pagament jien u imbaghad jaghtuhuli lura huma (JPM) il-pagament’.
‘Se jkollhom bizzejjed flus biex ihallsuk’
Il-gimgha ta’ wara mort il-ministeru u l-ministru Fenech qalli ha naghmillek pagament ta’ 10,000 ewro. Jien ghedtlu li dawn kienu ftit akkont tax-xoghlijiet li ghamilna u li t-tieni pagament minn JPM baqa’ ma giex. Il-ministru Fenech qalli ‘hu dawn ghalissa. Il-gimgha d-diehla se nikkonkludu fuq il-Jerma u JPM se jkollhom flus bizzejjed minfejn ihallsuk’. Wara li tani dan il-pagament, ahna komplejna bix-xoghol. Il-gimgha ta’ wara ltqajt mal-ministru on site, u staqsejtu ‘x’se naghmlu fuq il-flus ghax ghadna lura fuq il-pagamenti’. U wegibni ‘il-gimgha d-diehla cempillhom lil JPM ghax il-bejgh tal-Jerma ghandu jigi konkluz u dawn se jkollhom bizzejjed flus biex ihallsuk.
‘Qiesni qtiltilhom ‘l ommhom’
Il-gimgha ta’ wara cempilt lil Montebello u staqsejthom dwar meta stajt immur ghal flus ghax skont il-ministru, il-Jerma kienet se tinbiegh u li kien se jkollhom flus bizzejjed minfejn ihallsuna. X’hin ghedtilhom hekk haduha bi kbira, qiesni qtiltilhom ‘l ommhom.
Qaluli li l-bejgh kien sfratta u li minhabba f’hekk ma kienx se jkollhom flus minfejn ihallsuna.
Fil-fatt qaluli biex jekk irrid nieqaf mix-xoghol Hal Balzan u naqla’ l-haddiema tieghi minn hemm.
Immedjatament kellimit lil Tonio Fenech fejn ghedtlu li dawn ghalihom stajt nieqaf ghax ma kellhomx flus minfejn ihallsuni. Il-ministru Fenech qalli ‘tieqaf xejn, issa nirranga mieghek jien’. Mort gimgha wara l-ministeru u tani 20,000 ewro. Gbidtlu l-attenzjoni ghal fatt li b’20,000 ewro xorta konna ghadna lura ghax il-valur tax-xoghlijiet kien ta’ 78,000 ewro u konna thallasna biss 39,000 ewro u allura kien jifdal 39,000 ewro mhux imhallsa.
Meta ghedtlu lill-ministru li kien ghad fadal bicca sew, qalli ‘ejja fl-ahhar tal-gimgha d-diehla u naghmillek pagament iehor’.
Morna ghall-pagament il-ministeru jien u Stephen Micallef, direttur iehor fil-kumpannija taghna. Jien hsibt li se jaghtina chunk minnhom, imma tana biss 10,000 ewro u qalilna ‘l-quotations issa ghamluhom direttament fuqi u ejja ha nitkellmu ha ttini discount’.
Jien ghamilthom fuqu l-quotations u mort biex nitkellem mieghu u mal-Perit Mifsud il-ministeru…tkellimna u ftehmna li l-ammont jitnaqqas bi 3,000 ewro u ghalhekk kien ghad fadallu jaghtina 26,000 ewro.
Staqsejtu dwar meta kien se jaghtina d-differenza u l-ministru qalli li meta nlestu jhallasna.
U jien ghedtlu biex imqar jaghmlina pagament iehor, halli mbaghad ihalli l-ahhar bicca ghal meta nlestu. Tonio Fenech qalilna wkoll biex din l-istorja ‘nzommuha bejnietna ghax jekk tohrog issirli hsara politika’.
‘Discount ghax mal-ministru mhux mitluf’
Ftit tal-granet wara cempilli l-Perit Tancred Mifsud u qalli li Tonio Fenech kien qed jitlobhom discount iehor ta’ 5,000 ewro u jien staqsejtu ‘ta’ xhiex?’. Il-Perit Mifsud wegibni ‘u ejja Chal. Mal-ministru mhux mitluf’.
Mifsud qalli wkoll li ahna konna semmejniehilhom din id-discount lil JPM. Imma ahna konna ghednilhom li lesti nikkunsidraw din id-discount, u mhux weghdnielhom, jekk izommu mat-terms of payment u jhallsu fil-hin mentri minn dakollu ma kien sar xejn assolutament, anzi kienu waqfu milli jhallsuna. Lil Perit Mifsud ghedtlu li ahna ma ridna obbligazzjonijiet lejn hadd u ghedtlu ‘tuna dak li hu taghna’ u spjegajtlu li jien ma ridt lil hadd ihossu obbligat lejna.
Il-Perit Mifsud qalli li kien se jitkellem mal-ministru Fenech ghax dan id-discount ta’ 5,000 ewro riedu b’sahha.
Il-Perit Tancred Mifsud cempilli ftit wara u qalli li ‘l-ministru qallek ieqaf mix-xoghol jekk inti m’intix lest li taghtih id-discount’. Dan meta x-xoghol kien kwazi kollu lest u forsi kien ghad fadal gimghatejn xoghol kollox.
Filfatt ahna t-Tnejn ta’ wara morna x-xoghol normal u sibnda l-bibien imsakkrin u s-signs tal-kumpannija taghna mkissrin u ma stajniex nidhlu gewwa. Jien cempilt lil Perit Mifsud u dan qalli biex niltaqghu filghaxija biex inkunu nistghu niehdu l-ghodda taghna.
Filghaxija morna jien u z-zewg diretturi l-ohra. Hadna l-ghodda u sibna li hemmhekk diga’ kienu qed jahdmu haddiema tal-GAP. Fil-post kien hemm ukoll il-project manager tal-GAP.
Kien hawnhekk li l-Perit Mifsud qalli ‘issa ara x-xoghol li inti ma kkonkludejtx u qalli naqqashom mill-quotation’. Jien ikkalkulajt il-valur tax-xoghol li huma ma hallewnix inlestu u dawn kien jammontaw ghal 3,400 ewro u naqqasthomlu mill-kont.
Il-ministru Fenech kien qalli issa nara xi spejjez se jkun hemm tal-kuntrattur il-gdid u l-kont li se jaghtini nghaddihulek meta nigu biex nikkonkludu l-bilanc. Lill-ministru Fenech staqsejtu meta se jikklerja l-bilanc u qalli biex naghtih ftit cans u nikkonkludu. Jien hallejt xi hmistax u bqajt incempillu biex nara kif se nibqghu u minn hmistax saru xahrejn u nofs.
Imbaghad ircevejna email minghand il-perit Mifsud fejn dan beda jsostni li kien hemm xi xoghlijiet li ma sarux kif suppost bhal grouting tal-madum u xi alternations fil-plumbing.
Dan ma kien xoghol hazin xejn min- naha taghna, imma kienu xoghlijiet difettuzi li ghamel il-kuntrattur ta’ warajna f’dik il-gimgha li dahal jahdem. Madankollu ahna offrejnielu li jekk hu jixtieq, u accetta u rrangajnielu kollox skont is-sengha.
Il-Perit Mifsud approva li x-xoghlijiet saru kif suppost u ghalhekk talbnih il- bilanc li kien jammonta ghal xi 21,000 ewro. Bqajt incempel lill-perit ghall-bilanc u dan qalli li se jitkellem mieghi l-ministru. Tonio Fenech baqa’ ma kellimnix, imma imbaghad baghtli SMS fejn qalli ‘we have sent settlement by letter by post Monday’.
Din l-ittra kellha cekk maghha ta’ 900 ewro. Mill-21,000 li kien ghad fadal li nithallsu, qata’ minnhom arbitrarjament 1,000 ewro bhala retention, 5,800 ewro bhala valur tax-xoghol li ahna ma thallejniex inlestu, 3,000 ewro bhala ‘danni morali’, id-‘discount’ ta’ 5,000 ewro li ahna ma ridnix naghtuh u 6,000 ewro mill-pagament ta’ JPM li ahna konna qtajniehom ghax-xoghol tal-Galaxy ecc’, temm jghid mal-KullHadd Charles Magro.

|