|

L-ahbar tal-mewt ta’ l-ex deputat Laburista t-tabib Robert Naudi timlina lkoll b’niket kbir.
Fil-hidma politika tieghu matul is-snin sebghin u tmenin, it-tabib Naudi dejjem ta xhieda hajja ta’ l-impenn shih tieghu li jkun qrib il-familji li kien jirraprezenta bhala deputat. It-tabib Naudi miss b’idejh l-esperjenzi sbieh u koroh li ghaddew minnhom hafna u hafna familji. Kien minn dejjem fuq quddiem nett biex ikun ta’ spalla ghal dawk li f’xi mument jew iehor habbtu wicchom ma’ xi diffikulta jew ohra, kemm bhala tabib tal-familja u kif ukoll bhala rapprezentant tal-poplu.
F’dal-mument ta’ niket ninghaqad mal-familja tat-tabib Naudi fis-soghba li qed thoss ghat-telfa tieghu u f’isem il-Mexxej Dr Alfred Sant li baqa` jzomm kuntatt mat-tabib Naudi sa l-ahhar, f’ismi personalment u f’isem il-Partit Laburista, waqt li nsellimlu u nirringrazzjah ghall-hidma tieghu, nwasslilhom messagg qawwi ta’ solidarjeta lill-familjari tieghu.
Dr Charles Mangion Agent Mexxej Laburista

|