Spacer Spacer Spacer
Spacer Spacer Spacer
 
2 ta' Settembru, 2010
Pagna Principali
Fittex
Spacer
Ikteb dak li qed tfittex

One Online Kulhadd
Spacer
Il-mewt ta’ Joe Baldacchino - nimmudellaw hidmitna fuq l-ezempju sincier u genwin tieghu
21-06-2006 Verzjoni ghall- 'Printing'

Il-mewt ta’ Joe Baldacchino timlina b’niket kbir. Kien gentlom, dedikat ghall-principji tieghu, dedikat ghal familtu u militant sod fi hdan il-moviment tal-haddiema ta’ pajjizna. Serva ghal snin twal bhala politiku ghaqli, umli u kien lest illi jaghmel il-hidma mehtiega biex l-ideali tieghu u tal-Partit Laburista li kien jahdem fih, jigu mwettqa. Fil-parlament bhala speaker u depuat speaker u bhal deputat, Joe Baldacchino ta servizz mill-aqwa lil pajjizna. Il-kelma gentili tieghu, bil-mod kwiet imma sod kif kien imexxi himditu, kienet timpressjonana lkoll.

Nibqa` niftakar il-gesti personali ta’ solidarjeta` u hbiberija li wera mieghi, u naf kemm mill-esperjenza tieghi personali u kemm minn xi jghidu shabu fuqu, li f’kull ma ghamel qatt ma dahal fin-nofs xi hsieb ta’ gwadann personali.

Mhux biss Joe Baldacchino jixraqlu kull rispett izda nassiguraw lill-familtu, li nibghatulhom l-aqwa turija ta’ farag f’dal-mument difficli ghalihom, li t-tifkira tieghu se tibqa` maghna gha-snin li gejjin, bhala tifkira ta’ bniedem li ghandna nimmudellaw hidmitna fuq l-ezempju sincier u genwin tieghu.



Dr Alfred Sant
Kap ta’ l-Oppozizzjoni u Mexxej Laburista

PES Member Party PES Member Party    
 
Spacer Spacer Spacer