Spacer Spacer Spacer
Spacer Spacer Spacer
 
7 ta' Settembru, 2010
Pagna Principali
Fittex
Spacer
Ikteb dak li qed tfittex

One Online Kulhadd
Spacer
Stqarrija b’risposta ghad-diskors tal-Prim Ministru dalghodu fil-Kazin tal-PN Gonzi ghandu jaghmel apologija lit-taxpayers u lil dawk is-setturi li ngannahom
07-02-2010 Verzjoni ghall- 'Printing'

Minflok jattakka lill-Partit Laburista u lil Joseph Muscat fuq decizjonijiet li qed jiehu hu nniffsu, il-Prim Ministru ghandu jaghmel apologija lit-taxpayers u lil dawk is-setturi kollha li nganna bihom.

Fil-bejgh tat-Tarzna mhux biss tqarrqu l-haddiema li kellhom garanzija ta’ xoghol mill-Prim Ministru stess, imma t-taxpayer spicca hallas l-iskemi tal-irtirar, u issa se jigbor biss €52.7 miljun nett fuq il-privatizzazzjoni tat-tarzna fuq medda ta’ 30 sena. Liema flus lanqas biss huma bizzejjed biex jirkurpraw it-telf li sar minhabba decizjonijiet hziena tal-Gvern fuq il-kuntratti tal-Fairmount.

L-istess bhal kif Lawrence Gonzi nganna bit-taxpayers fuq ‘il hekk imsejha riforma tat-trasport pubbliku. Ghal darb’ohra Gonzi nganna bis-sidien u l-haddiema billi tahom garanzija ta’ xoghol. Imma minflok hadilhom xogholhom u hareg €55 miljun ewro minn bwiet il-familji Maltin u Ghawdxin biex jixtri lura l-wieghda li ghamel qabel l-elezzjoni.

Mid-diskors tieghu dal-ghodu hareg ukoll kemm ghal Lawrence Gonzi l-politika hija paroli biss. Dan minhabba li qal li l-prijorità tieghu hija x-xoghol meta kien hu stess li rega’ ghal sena ohra gholla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’mod esagerat, liema kontijiet bil-provi qed jheddu x-xoghol.

PES Member Party PES Member Party    
 
Spacer Spacer Spacer